Jitnieda l-Proġett ta’ l-UE - Rikonoxximent ta’ tagħlim u kwalifiki fis-settur agrikolu Ewropew

Jitnieda l-Proġett ta’ l-UE – Rikonoxximent ta’ tagħlim u kwalifiki fis-settur agrikolu Ewropew

May 27, 2014
|

agroecvet-logo

Fl-14 ta’ Mejju 2014, Koperattivi Malta nediet proġett ta’ l-UE li beda minn Ottubru 2013 li jibqa’ sejjer sa Settembru 2015, Koperattivi Malta hija l-koordinatur tal-proġett u hemm ħames pajjiżi Ewropej oħra li se jibbenefikaw; Italja, Spanja, Ungerija, Greċja u Belġju. Joseph Sciberras, membru tal-kunsill f’Koperattivi Malta, enfasizza l-fatt li fil-gżejjer Maltin il-popolazzjoni tal-bdiewa qed tixjieħ. L-għanijiet tal-proġett huma li; tħeġġeġ bdiewa żgħażagħ jkompli fis-settur agrikolu, l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Ewropa, tgħaqqad l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-attività agrikola flimkien biex b’hekk is-settur agrikolu jsir aktar kompetittiv u jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ taħriġ u kwalifiki rikonoxxuti. Il-proġett hu bbażat fuq il-kunċett VET, fejn kull ma jmur qed jiżdied l-importanza tiegħu.

Onor. Evarist Bartolo, Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol bħala wieħed mill-kelliema enfasizza l-fatt li s-settur agrikolu f’Malta għaddej minn kriżi iżda huwa qed jara li hemm xaqq ta’ dawl, jemmen li jekk il-partijiet interessati jaħdmu flimkien, nistgħu niksbu riżultati pożittivi.

Għalliema mill-MCAST u membri minn kooperattivi kkontribwew bil-fehmiet u l-ideat tagħhom u l-bdiewa żgħażagħ qassmu t-tħassib tagħhom – għaliex student qed jiġi mgħallem regolamenti barranin u jiġu applikati f’Malta u għaliex qed nistudjaw sistemi Irlandiżi u Ingliżi meta l-elementi u l-klima Maltija huma differenti? L-istudenti li jixtiequ jkomplu fil-biedja imma l-familji tagħhom ma għandhomx art agrikola, dawn kif jistgħu jiprattikaw u jagħżlu l-biedja bħala l-għixien tagħhom?

Ms Cynthia Misokova ( EUPA ) tkellmet dwar l- Erasmus+ u l-Ing. Anthony Camilleri spjega l- fondi tal-UE taħt il-programm finanzjarju 2014-2020.

Facebook: agroecvet


 

 

DSC_0680

DSC_0723

DSC_0670

Dan il-proġett ġie ffinanzjat bl-appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni tirrifletti l-opinjonijiet tal-awtur biss, u l-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab fiha.

EU_flag_LLP_EN

 

 

Facebooktwittergoogle_plusredditpinterestlinkedinmail
hd porno Seks hikayeleri, Sikiş hikayeleri, Sex hikayeleri, Seks hikaye